Luke Galea jitkellem mal-kittieb u legatur Glen Calleja dwar ir-rabta bejn il-lingwaġġ, ix-xbihat universali u l-konsistenza stilistika fil-ġabra poetika ta’ Caldon Mercieca Mogħlint. Calleja jaqsam ukoll il-ħsibijiet tiegħu fuq il-ktieb bħala oġġett materjali.

Glen Calleja huwa artist b’interess primarju fil-poeżija u l-ktieb bħala oġġett materjali — ix-xogħol artistiku tiegħu ħafna drabi jinvolvi strutturi alternattivi tal-ktieb, kitba mill-ġdid ta’ xogħlijiet eżistenti u elementi performattivi. Il-ġabriet poetiċi tiegħu jinkludu eki t’eki (pubblikazzjoni awl, 2002), IR-RAĠEL (2010, 2012) u kull flgħaxija kif mal-għabex tnin u tmut saħħet il-jum (2014). Glen huwa l-kofundatur ta’ Studio Solipsis, id-dar għal-legatura tal-kotba, Kotba Calleja.

Kotba dikussi f’dan l-episodju: 
Caldon Mercieca, Mogħlint (pubblikazzjoni awl, 2002)
Nadia Mifsud, Varjazzjonijiet tas-Skiet (EDE Books, 2021)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.


Share Article