L-attriċi u kittieba Simone Spiteri tkellmet ma’ Luke Galea dwar l-użu tal-lingwa u t-tfittxija għall-għeruq fir-rumanz ta’ Alex Vella Gera, Is-Sriep Reġgħu saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012), u dwar ix-xogħol tagħha bħala drammaturgu. 

Simone Spiteri hija d-direttriċi artistika tal-kumpanija teatrali Dù Theatre li waqqfet fl-2004 u rebbieħa tal-Premju Francis Ebejer darbtejn, fl-2009 u l-2011. Ix-xogħol oriġinali tagħha ttella’ f’diversi pajjiżi fosthom l-Eġittu, l-Istati Uniti, l-Ingilterra, il-Maċedonja, id-Danimarka u Spanja. Il-kitbiet tagħha għall-palk ġew ippubblikati fil-ktieb Żewġ Drammi: Repubblika Immakulata/Appuntamenti (2019) u hija wkoll l-awtriċi tas-sensiela ta’ rumanzi għal udjenza żagħżugħa Il-Vinkulari, ippubblikati minn Merlin Publishers. 

Kotba dikussi f’dan l-episodju: 
Alex Vella Gera, Is-Sriep Reġgħu saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012)
Simone Spiteri, Żewġ Drammi: Repubblika Immakulata/Appuntamenti (2019)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.


Share Article