Il-poeżiji ta’ Rita Saliba fl-ewwel ġabra tagħha Minn wara l-Ħġieġ (Klabb Kotba Maltin, 2022) jiġu diskussi fil-fond f’dan l-iskambju bejn Luke Galea u l-artist viżiv u kittieb Matthew Schembri, fejn fost l-oħrajn jirrifletu dwar l-apprezzament u t-theddid tal-ambjent ta’ madwarna.

Matthew Schembri kiseb Master of Fine Arts (MFA) fl-Arti Diġitali fl-2017 u Diploma fil-Letteratura Maltija fl-2020. Fl-2016 kien mistieden bħala artist residenti fil-Virginia Centre for the Creative Arts (VCCA). Minbarra f’Malta, uħud mix-xogħlijiet artistiċi tiegħu ġew esebiti fl-Olanda, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Istati Uniti. Iddebutta fix-xena letterarja permezz tar-rumanz Stessi, li rebaħ il-Konkors Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ u sussegwentament ġie ppubblikat fl-2018. Fl-2021 ippubblika Ħassartek, eżerċizzju ta’ poeżija tat-tħassir ibbażat fuq l-ewwel rumanz tiegħu.

Kotba dikussi f’dan l-episodju:
Rita Saliba, Minn wara l-Ħġieġ (Klabb Kotba Maltin, 2022)
Matthew Schembri, Ħassartek (2021)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article