Luke Galea jitkellem ma’ Francesco Grech dwar l-istejjer umani f’Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020), il-ġabra ta’ novelli b’kuxjenza ambjentali ta’ Lara Calleja, u dwar l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu Kollox Jeħel Magħna (Merlin Publishers, 2022)

Francesco Grech huwa l-awtur ta’ Kollox Jeħel Magħna, ġabra ta’ kitbiet intimi li jesploraw suġġetti diffiċli u spiss meqjusa tabù fosthom is-sesswalità u d-diffikultajiet ta’ saħħa mentali. Grech huwa wkoll kompożitur b’xogħlijiet li ttellgħu madwar diversi teatri f’Għawdex, Malta u l-Italja, u Uffiċjal tal-Kultura fi ħdan Reġjun Għawdex.

Kotba dikussi f’dan l-episodju: 
Lara Calleja, Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020)
Francesco Grech, Kollox Jeħel Magħna (Merlin Publishers, 2022)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article