Noah Fabri jiddiskutu ma’ Luke Galea, ir-rumanz ta’ Loranne Vella, Marta Marta, li Fabri, paradossalment jqisu bħala ktieb li jgħożżu u li jiffrustrahom. Fabri jiddiskutu wkoll kif ix-xogħol ta’ Vella huwa ġdid u jegħleb il-konfini ta’ rumanz, b’siltiet f’forma ta’ saġġi u sens ta’ umoriżmu partikolari. Ir-rumanz iwassal għal diskussjoni fuq l-esperimentazzjoni tal-lingwa li tindirizza persuni ta’ ġeneri differenti. 

Noah Fabri jiktbu stejjer, diski u drammi u jaqsmuhom f’xogħolijiet kollaborattivi bħall-album Karmaġenn (2019), il-ktieb Dar Imħawra (2021) u l-film In-Nani f’Art Il-Ġganti (2021). Ġieli jilagħbu bl-arti performattiva, permezz tal-avvenimenti Huma Min Huma? (parti minn Refraction, Spazju Kreattiv, 2021), Inbigħu l-Imqaret (parti minn Spring 2.0, Gabriel Caruana Foundation, 2021) u Insalata (2022). Xogħol tagħhom bl-Ingliż deher f’Scintillas: New Maltese Writing 1 ta’ Praspar Press. Jinteressahom il-mixi, l-ispazju pubbliku, il-ġeneru u l-effett tal-politika fuq ill-ħajja ta’ kuljum.

 

Kotba dikussi f’dan l-episodju:
Loranne Vella, Marta Marta (Ede Books, 2022)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article