John A. Bonello jiddiskuti ma’ Luke Galea r-rumanz It-Tawmaturgu ta’ Mark A. Fenech, li jkun il-punt tat-tluq għal diskussjoni fuq ġeneri ta’ letteratura differenti bħal dawk sci-fi u ta’ fantasija, li huma skarsi fil-letteratura Maltija imma li xi awturi xorta jimirħu fihom, u li jwasslu għal ħolqien ta’ neoloġiżmi. 

John A. Bonello huwa rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb sitt darbiet. Huwa kittieb minn Ħad-Dingli li jikteb fantasija, fantaxjenza u stejjer investigattivi għal qarrejja tfal, żgħażagħ u kbar. Fost l-aktar kotba popolari tiegħu hemm is-serje investigattiva għat-tfal Irvin Vella, Investigatur Virtwali, it-triloġija YA bl-isem Il-Logħba tal-Allat u d-duoloġija għall-adulti Unus Mundus. Ta’ spiss iżur skejjel biex jiltaqa’ ma’ studenti u jkellimhom dwar il-kitba kreattiva.

Kotba dikussi f’dan l-episodju:
Mark A. Fenech, It-Tawmaturgu (Horizons, 2017)
John A. Bonello, Is-serje ta’ Irvin Vella (Merlin Publishers, 2008 – )

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article