Rachel Baldacchino, fl-ewwel poddata tagħha, titkellem ma’ Clare Vassallo fuq Vespers (Merlin Publishers, 2021), il-verżjoni tradotta bl-Ingliż ta’ Vespri ta’ Trevor Żahra, il-vjaġġ li t-test ħa waqt it-traduzzjoni, l-influwenza tat-traduttur fuq ix-xogħol oriġinali u l-kollaborazzjoni li seħħet waqt dan il-vjaġġ.

Clare Vassallo hija professur tal-Istudji Semjotiċi u t-Traduzzjoni fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta. Tagħti korsijiet f’livell postgradwatorju fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Istorja tat-Traduzzjoni u t-Teorija Kontemporanja; il-Prammatika, is-Semantika u s-Semjotika, kif ukoll it-Traduzzjoni Letterarja fost oħrajn. Ittraduċiet mill-Malti għall-Ingliż lil Pierre J. Mejlak, Joe Friggieri, Antoinette Borg, Lara Calleja, Walid Nabhan, Norbert Bugeja u lill-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Ippublikat ukoll studji akkademiċi internazzjonalment.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Clare Vassallo (trad.), Vespers (Merlin Publishers, 2021)
Trevor Żahra, Vespri (Merlin Publishers, 2015)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article