Rachel Baldacchino tidħol fi djalogu ma’ Kurt Borg dwar il-ġabra ta’ novelli ‘Mhux Nies ta’ Jean Paul Borg, jiddiskutu l-karattri varji u distinti f’din il-ġabra, it-taqbida kontinwa f’din il-ġabra bejn dak li jagħmel lill-umani nies jew le, u r-relevanza tal-ġabra bħalissa, sitt snin wara l-pubblikazzjoni tagħha.

Kurt Borg huwa lettur fl-Università ta’ Malta. Huwa ggradwa b’dottorat fil-Filosofija u l-Istudji Umanistiċi mill-Università ta’ Staffordshire, b’riċerka dwar l-etika u l-politika tan-narrazzjoni tat-trawma f’kuntesti istituzzjonali. Fost oqsma oħra, jispeċjalizza fit-teorija poststrutturalista, partikolament fix-xogħol ta’ Michel Foucault u Judith Butler, u juża xogħolhom biex jistudja fenomeni bħall-identità, il-poter soċjali u r-reżistenza. Ippublika bosta kapitli u artikli f’kotba u ġurnali akkademiċi. Għandu għal qalbu l-ġeneru tal-esej, u bħalissa qed jaħdem fuq ġabra ta’ esejs dwar temi varji, fosthom il-memorja, il-vulnerabbiltà u l-ġeneru.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Jean Paul Borg, ‘Mhux Nies(Klabb Kotba Maltin, 2016)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article