Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Stella Borg Barthet ir-rumanz ‘Requiem for a Malta Fascist (or The Interrogation)(Aquilina, 1980), l-element postkolonjali f’dan ir-rumanz, l-interrogazzjoni li jagħmel Ebejer tal-identità Maltija, u dwar l-importanza tal-passat speċjalment għal min hu kkolonizzat.

Stella Borg Barthet hija professur fid-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, fejn tagħti korsijiet fuq il-letteratura postkolonjali, u fuq il-fizzjoni Ingliża u Amerikana tas-sekli tmintax u dsatax. Fl-2005 tellgħet il-konferenza European Association for Commonwealth Literature and Language Studies (EACLALS), u fis-sena ta’ wara ġiet maħtura bħala aġġudikatriċi tal-Premju tal-Kittieba tal-Commonwealth. Prof Borg Barthet ippubblikat diversi studji fuq kitba postkolonjali u ta’ immigrazzjoni kontemporanja. Bħalissa waħda mill-interessi tar-riċerka tagħha hija l-letteratura Mediterranja.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Francis Ebejer, ‘Requiem for a Malta Fascist (or The Interrogation)’, (Aquilina, 1980)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article