Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Loranne Vella r-rumanz Dal-Lejl Ġie Alla (Buġelli, 1984), it-tliet ġenerazzjonijiet imsemmija, il-Malti użat li jmur lura fiż-żmien li ta lil Vella l-għodda biex tindirizza kwistjonijiet li jinteressawha, u r-relazzjoni tal-bniedem mal-annimal.

Loranne Vella, Maltija li tgħix Brussell hija kittieba, traduttriċi u performer. Bejn l-2007 u l-2009 kitbet it-tliet kotba tat-Triloġija tal-Fiddien ma’ Simon Bartolo. Kull volum rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Rokit kien l-ewwel rumanz ta’ Vella għall-adulti, ippubblikat minn Merlin Publishers, f’Marzu 2017 li ntlaqa’ tajjeb ħafna kemm mill-kritiċi u anke mill-pubbliku, u rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2018. Vella qalbet għall-Malti għadd ta’ kotba għat-tfal, fosthom tnejn li rebħu l-premju Terramaxka fl-2015 u l-2016. L-aħħar rumanz tagħha Marta Marta ġie ppubblikat minn Ede Books fl-2022.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Paul P. Borg, Dal-Lejl Ġie Alla (Buġelli, 1984)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article