Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Erica Giusta, Decolonising the Maltese Mind: In Search of Identity ta’ Charles Xuereb, dwar il-perspettiva interessanti ta’ Xuereb fuq il-kolonjaliżmu, kif dan affettwa l-politika, il-ħajja ta’ kuljum, u l-komunità.

Erica hija perit, kittieba, u Direttur tal-Innovazzjoni mal-kumpanija tal-arkitettura AP Valletta. Hija kisbet MSc fl-Arkitettura u s-Sostenibbiltà mill-Politecncio di Torino u maġisteru fil-Midja u l-Komunikazzjoni minn IL Sole24Ore ta’ Milan. Fl-2015, ingħaqdet ma’ AP Valletta, u bħalissa qed tmexxi portafoll ta’ proġetti li jinkludi r-riċerka u l-iżvilupp. Erica tikkontribwixi regolarment permezz ta’ kitba fuq id-disinn, l-arkitettura, u l-arti performattivia f’għadd ta’ pubblikazzjonijiet lokali u internazzjonali, fosthom Il Giornale dell’Architettura, A10, New European Architecture u The Malta Artpaper. Riċentament kitbet flimkien ma’ awturi oħra l-ktiba akkademika “Fort St. Angelo is not a Billboard” għal The Routledge Sustainable Handbook (UCL, 2022), li permezz tagħha investigat l-effetti tal-midja ġdida fuq il-perċezzjoni u l-konservazzjoni tal-patrimonju.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Charles Xuereb, Decolonising the Maltese Mind: In Search of Identity (Midsea Books, 2022).

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article