Bħal kull sena l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’jum il-Milied iħejji rigal żgħir għal kulħadd. Dis-sena ġie deċiż li nippreżentawlkom aforiżma mill-ħafna ta’ ‘wieħed mill-aqwa wlied Maltin’, Manwel Dimech, li twieled appuntu fil-25 ta’ Diċembru tal-1860.
Ħsibna li huwa ż-żmien opportun li niftakru f’dal-bniedem li tħabat b’qalbu u b’ruħu kollha biex il-poplu Malti jkun indipendenti l-ewwel u qabel kollox fil-ħsieb. F’dil-fażi ta’ taqlib politiku li qed tagħmel għajb lil Malta u lill-mexxejja tagħha, l-għajta ta’ Dimech biex il-Malti jaħseb b’rasu u mhux b’ras min imexxih hija friska daqs qatt qabel.
Tista’ taqra l-aforiżma minn hawn taħt, jew tniżżilha minn hawn.

Share Article