Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2017 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għall-edizzjoni 2017 tal-Fond. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skond sett ta’ kriterji determinati minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa ta’ finanzjament minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, il-Fond għandu l-għan li jappoġġja proġetti kulturalment importanti li jeħtieġu finanzjament sabiex jiġu realizzati.

Il-bord tal-aġġudikazzjoni kien magħmul minn tliet ġurati – Dr Norbert Bugeja, Aleks Farrugia u Prof Clare Vassallo. Ir-rapport tal-ġurati b’rakkomandazzjonijiet għal dawk li ma rnexxielhom jiksbu l-fondi se jintbagħtu lill-applikanti kollha fil-jiem li ġejjin. Li wieħed ma jirnexxilux jikkwalifika ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.

Wara l-proċess ta’ għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-NBC se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa għall-iffirmar ta’ kuntratti, l-għoti tal-fondi u ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett.

Dawn huma l-proġetti rebbieħa, li din id-darba huma kollha proġetti ta’ pubblikazzjoni.

 

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni

Titlu tal-proġett: Framed. A collection of poetry by Maria Grech Ganado

Applikant: Maria Grech Ganado

Għotja: € 3645.36

 

Tip ta’ Għotja: Pubblikazzjoni

Titlu tal-proġett: Translation from Russian into English of the book A short topographical, historical, and political descritption of the island of Malta and the Sovereign Order of St John of Jerusalem written by Gregory Krayevsky in two parts in St. Petersburgh, by the Imperial Academy of Sciences, in the year 1800

Applikant: Joseph Schirò

Għotja: € 5000.00

 

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni

Titlu tal-proġett: Mibdul

Applikant: Chris Gruppetta

Għotja: € 5000.00

 

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni

Titlu tal-proġett: The Maltese Cinderella and the women’s storytelling tradition

Applikant: Veronica Veen

Għotja: € 5000.00

 

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni

Titlu tal-proġett: Building the frontier. Architecture in Malta between the 16th and the 17th century.

Applikant: Armando Antista

Għotja: € 5,000

 

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni

Titlu tal-proġett: The Role and Symbolism of Flowers in Maltese Art

Applikant: Joanne Micallef

Għotja: € 4,000

 

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni

Titlu tal-proġett: Siltiet mill-Metamorfosi – traduzzjoni ta’ siltiet minn Ovid.

Applikant: Michael Zammit

Għotja: € 4000.00

 

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni

Titlu tal-proġett: L-Analetti ta’ Konfuċju – tradott miċ-Ċiniż għall-Malti minn Mark L Farrugia.

Applikant: Joseph Borg

Għotja: € 4000.00

 

Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni

Titlu tal-proġett: Giuseppe Brincat: A Gozitan Wine Merchant

Applikant: Michael Refalo

Għotja: € 4000.00

 

 

Il-Kunsill jirringrazzja lill-ġurati msemmija hawn fuq, kif ukoll lill-kittieba, pubblikaturi u edituri li ppreżentaw proġetti għal dan il-Fond.


Share Article