F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Alan Xuereb.

Mal-mistieden tkellimna primarjament dwar il-ktieb il-ġdid tiegħu Riflessjonijiet dwar il-Ġid Komuni (BDL Publishing). Staqsejnieh dwar xi jfisser it-terminu ‘ġid komuni’, u għala skont l-awtur dan jibda mill-individwu, il-faqar, il-korruzzjoni u l-ekonomija, il-filosofija politika tal-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, u dwar il-‘politiku professjonali’ u ċ-‘ċittadini filosfi’, fost l-oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr Alan Xuereb huwa ġurista lingwista mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għandu interess partikulari fil-filosofija ġuridtika u politika. Dan l-aħħar ippubblika l-ktieb bil-Malti Riflessjonijiet dwar il-Ġid Komuni.


Share Article