F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Albert Marshall.

Mal-mistieden tkellimna dwar kotba li jiġbru x-xogħlijiet tiegħu, “il-kultura tat-tfulja” (Oliver Friggieri), l-analoġija tal-ispiżerija, l-ixkafef u l-memorja, u l-kittieb Ċilen Roberto Bolano.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Albert Marshall huwa reġista tat-teatru, u t-televiżjoni, poeta, kittieb, u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti. Bejn l-1971 u l-1980 okkupa diversi karigi fix-xandir nazzjonali u kien l-ewwel kap Malti tal-Akkademja Nazzjonali tal-Arti Drammatika. Marshall ippubblika għadd kbir ta’ poeżiji f’kotba u antoloġiji tul il-medda taż-żmien bejn il-ħolqien tal-Moviment Qawmien Letterarju, li tiegħu kien protagonist, fis-snin sittin, u l-ktieb Poeżiji 1964-2019 (Horizons) li ġie ppubblikat fl-2019.


Share Article