F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Alfred Degabriele.

Mal-mistieden tkellimna primarjament dwar il-Moviment Qawmien Letterarju u l-irwol politiku tiegħu fix-xena lokali tas-Sittinijiet. Staqsjenieh kellux biss funzjoni letterarja dan il-moviment, dwar movimenti oħra kontemporanji, il-ġustizzja soċjali u l-MQL, u finalment anki dwar il-poeżiji tiegħu.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Alfred Degabriele huwa edukatur u jgħallem il-Malti u l-Letteratura Maltija. Daħal fis-servizz ċivili u serva fil-Ministeru tax-Xogħol, Servizzi Soċjali u Kultura, fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u t-Teżor. Membru fl-Akkademja tal-Malti u għal xi żmien kien il-Viċi-President tal-Għaqda tal-Malti – Università.  Il-poeżiji tiegħu dehru f’diversi antoloġiji u anki pubblikazzjonijiet sħaħ. Kiteb kritika letterarja ta’ bosta kotba bil-Malti, li dehret f’gazzetti u rivisti. Fl-2004 ngħata l-Medalja Mertu San Ġwann.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article