F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ Andrei Vella Laurenti, li għal numru ta’ snin kien membru tal-ġurija fil-bord tal-aġġudikazzjoni ta’ bosta konkorsi letterarji, fosthom tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

Vella Laurenti jidentifika karatteristiċi ta’ kwalità li l-aġġidukaturi jfittxu meta jkunu fil-proċess li jagħżlu ktieb rebbieħ. X’inhu li jqarreb awtur lejn premju letterarju, u x’inhu li jbiegħdu? Jirrimarka wkoll li għalkemm aġġidukatur ikun qarrej t’esperjenza, hemm linji gwida li ma jistax jiżvija minnhom.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article