
F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Andrew Debono Cauchi.
Mal-mistieden tkellimna dwar il-poeżija, b’referenza għall-ewwel ġabra tiegħu Ħlief Memorji u Dellijiet.
Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.
Andrew Debono Cauchi hu student tal-filosofija u l-klassiċi. Għadu kemm ippubblika ġabra ta’ poeżiji Ħlief Memorji u Dellijiet.
Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.