F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Donovan Gatt.

Mal-mistieden tkellimna primarjament dwar il-ġabra ta’ novelli tiegħu Sixpack u Sonża. Staqsejnieh dwar l-element tal-ġustapożizzjoni fin-narrattiva tiegħu, espressa sa mit-titlu tal-ktieb, ix-xilja li ssir min-narratur fuq is-soċjetà Maltija, anki bis-saħħa tar-riferimenti storiċi, il-karattri antieroj tiegħu u anki l-element antiletterarju, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Donovan Gatt huwa għalliem tal-Ingliż fi skola sekondarja. Għadu kemm temm Maġisteru fil-Lingwistika, u meta jkollu ċans iħażżeż xi ħaġa.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article