F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Marceline Naudi dwar il-vjolenza kontra n-nisa f’Malta u dwar ir-realtajiet usa’ relatati mas-suġġett lil hinn mill-pajjiż.

Fost l-oħrajn, isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk biex tara x’kellha xi tgħid il-mistiedna dwar il-politika tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Femminiċidju, ir-riċerka tagħha dwar il-vjolenza fuq in-nisa, il-Mara fil-letteratura Maltija tas-seklu 19 u r-rappreżentanza politika tal-mara f’Malta.

Dr. Marceline Naudi kkontribwixxiet f’diversi kumitati u riċerki. Hi ħaddiema soċjali, bi prattika fl-Ingilterra, l-Irlanda u Malta. Taħdem ma’ tfal u żgħażagħ li għaddejjin mill-kura, eks-delinkwenti, nies bla dar, persuni bi bżonn t’appoġġ fis-saħħa mentali, u nies li sofrew il-vjolenza domestika. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Istudji dwar il-Ġeneru fl-Università ta’ Malta. Hija l-koordinatur xjentifika tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Femminiċidju.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article