F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Frans A. Attard.

Mal-mistieden tkellimna dwar ix-xogħlijiet varji tiegħu, fosthom id-direttorju metikoluż tat-toroq li fid-disgħinijiet kien indispensabbli għal kull min kellu karozza, il-ħila tal-ġbir tal-informazzjoni, it-trawwim tal-kapaċità li tagħżel u tifred bejn informazzjoni utli u oħra li mhix, u dwar kotba oħra tat-tfal li ttraduċa, fost l-oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Frans A. Attard ilu interessat fil-letteratura u l-lingwa Maltija minn dejjem. Huwa kiteb diversi esejs u novelli bil-Malti ppubblikati f’ġurnali u perjodiċi. Kien jieħu sehem waqt il-programm Ġabra Letterarja tal-Professur Ġużè Aquilina fuq ir-rediffusion. Il-ħila tiegħu tidher f’kif jirriċerka u jiġbor l-informazzjoni, kif tidher fi wħud mill-kotba tiegħu. Qaleb għall-Malti għadd ta’ kotba mis-sensiela Milly Molly, li bihom rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Huwa awtur u pubblikatur ta’ kotba oħra, u ġieli ppreżenta programmi dwar il-letteratura fuq it-televixin.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article