F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ġorġ Peresso dwar il-kitbiet letterarji tiegħu u l-karriera fuq ir-radju.

Il-mistieden tkellem dwar ir-relazzjoni bejn il-kwalità u l-kwantità fil-letteratura, għaliex ilu tant snin jikteb, dwar il-gost fil-kitba, il-politika jew l-impenn politiku tal-kittieb, dwar meta rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u meta ngħata Ġieħ ir-Repubblika, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Ġorġ Peresso huwa awtur, kittieb u xandar. Huwa awtur ta’ għadd ta’ rumanzi, poeżiji u drammi rebbieħa ta’ bosta premji lokali. Bħala xandar ipproduċa u ppreżenta programmi għar-radju u t-televixin. Kien Aġent Kap tal-Programmi Televiżivi tat-taqsima kulturali u drama fuq ix-xandir nazzjonaliu, Kap Eżekuttiv ta’ Rajdu Malta. Magħruf bħala kummentatur ta’ avvenimenti nazzjonali u reliġjużi.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article