Fil-programm ta’ dil-ġimgħa ltqajna ma’ Roderick Mallia minn Mallia & D’Amato Booksellers – ħanut tal-kotba online – u ma’ Teodor Reljić li flimkien ma’ oħrajn imexxi l-koperattiva Kixott – ħanut tal-kotba u ċentru kulturali fil-Mosta.

Fis-sens dejjaq tal-kelma dawn huma ħwienet tal-kotba, iżda Roderick u Teo jkellmuna dwar l-esperjenza differenti li jistinkaw biex jagħtu lix-xerrej tal-kotba. Esperjenza mhux wisq marbuta mal-att indivdwali tal-qari, iżda aktar mal-iskambju komunitarju bejn persuni li jieħdu gost jaqraw u jitkellmu dwar dak li jaqraw.

Tista’ ssib aktar informazzjoni sabiex iżżur dawn il-ħwienet minn hawnhekk: Mallia & D’Amato BooksellersKixott

Infakkru lis-semmiegħa li dan l-episodju jixxandar fl-istess ħin fuq Radju Malta. 

 


Share Article