Flimkien mal-Professuri Arnold Cassola u Henry Frendo din il-ġimgħa ddiskutejna żewġ xogħlijiet ippubblikati fl-aħħar sena dwar il-kommunitajiet ta’ Maltin barra minn xtutna.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:

Diaspora: Maltese Overseas Settlement (Midsea Books, 2020)
Maltese Migration in Tunisian Coastal Times (1836-1844) (Morrone Editore, 2020)

Diaspora jgħati ħarsa lejn l-esperjenza migratorja ta’ bosta Maltin tul l-aħħar mitejn u ħamsin sena b’referenza speċjali għad-dijaspori Maltin madwar id-dinja, li jinkludu komunitajiet ta’ Maltin fl-Afrika ta’ Fuq, ir-Renju Unit, l-Awstralja u l-Amerika ta’ Fuq. Maltese Migration in Tunisian Coastal Towns (1836-1844) jesplora l-emigrazzjoni ta’ ħafna Maltin f’numru ta’ bliet u villaġġi mal-kosta Tuneżina, u b’mod partikolari lejn ir-reġistri taż-żwieġ u magħmudiji u kif dawn jirriflettu fuq l-identità ta’ dawk il-kommunitajiet.

Infakkru lis-semmiegħa li fl-istess ħin dan l-episodju qed jixxandar fuq Radju Malta. 


Share Article