F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Matthew Borg u Elton Grech dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li jibda din il-ġimgħa.

Matthew tkellem dwar l-avvenimenti ewlenin waqt il-Festival, fosthom il-konferenza li se tiftaħ il-Festival dwar il-letteratura tad-dijaspora, il-mistiedna ta’ fama internazzjonali, ix-xow tad-DANUSAN, u l-avvenimenti għat-tfal tal-iskola fost il-ġimgħa u fi tmiemha.

Elton iddeskriva avveniment partikulari u ta’ interest waqt il-Festival, speċjalment għal dawk li jħobbu l-filosofija. L-avveniment Filosofija bil-Malti se jittella’ mill-Għaqda tal-Malti – Università, u se jittratta t-tema eżistenzjali tal-mortalità.

Matthew Borg jaħdem mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, filwaqt li Elton Grech huwa għalliem tal-Etika u se jkun qed imexxi l-avveniment tal-filosofija bil-Malti.

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-akbar u l-aktar ċelebrazzjoni prestiġjuża tal-kultura tal-ktieb f’Malta, se jsir bejn l-Erbgħa 7 u l-Ħadd 11 ta’ Novembru Dar il-Mediterran. Ara l-programm sħiħ tal-avvenimenti, li dis-sena jilħqu d-90 waħda, minn hawnhekk.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article