Robert Aloisio huwa l-awtur ta’ 4 kotba dwar il-mafja, il-Knisja, u persunaġġi li qabżu għall-fqir u ġġieldu lill-Mafja.

Din l-intervista toħodna tul dawn il-kotba tiegħu, u fost l-oħrajn nitkellmu dwar l-Arċisqof Oscar Romero, iż-żewġ imħallfin Giovanni Falcone u Paolo Borsellino, u anki Patri Ġwann Xerri li ħalliena ftit tal-jiem ilu. Iżda mhux biss, għax niddiskutu anki s-sehem tal-Knisja fil-ġlieda (jew il-kompliċità) mal-Mafja, nirreferu għall-qasmiet ideoloġiċi fi ħdanha, u t-teoloġija tal-liberazzjoni.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:

Qatlu lill-Arċisqof: Il-ġrajja vera ta’ Oscar Romero
Falcone u Borsellino: Żewġ imħallfin li sfidaw lill-Mafja
Knisja u Mafja
Għaxra żgħar imma kbar

Tistgħu tixtru dal-kotba mingħand www.sayitmalta.com jew billi tikkuntattjaw lill-awtur.

 


Share Article