F’dan l-episodju Iltqajna ma’ John Consiglio u Alan Xuereb li t-tnejn kitbu dwar l-ekonomija u l-politika bil-Malti, rispettivament. Filwaqt li l-kitba politika bil-Malti hi aktar komuni, dik dwar l-ekonomija aktar niltaqgħu magħha f’kotba ppubblikati bl-Ingliż. Bdejna magħhom dwar l-għażla lingwistika, imma mxejna lejn l-att sinjifikattiv tal-kitba bil-Malti f’dawn is-suġġetti – li jkollna aktar kotba bil-Malti dwar dawn is-suġġetti jgħin biex jaslu għand il-qarrej minn ta’ età bikrija b’mod li jifhimhom.

Ekonomija u politika – impossibbli mbagħad ma titkellimx dwar x’inhu għaddej f’Malta. Faqar, kapitaliżmu, il-ġid – isma’ x’kellhom xi jgħidu dwar temi ekonomiċi u politiċi li kulħadd jitkellem dwarhom xi ħin jew ieħor.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
L-Ekonomija f’Ilsien ix-Xjenza u l-Filosofija (Faraxa Publishing)
Ekonomija għal kulħadd (Klabb Kotba Maltin)
Riflessjonijiet dwar il-Ġid Komuni (BDL Books, Malta)


Share Article