L-episodju ta’ dil-ġimgħa kellu bħala tema l-kitba spiritwali Maltija kontemporanja, u għalhekk laqqajna flimkien lil Dr Rev. Charlo Camilleri u lill-poeta u rumanzier Fra Gioele Galea.

Staqsejniehom dwar l-element tal-gwida spiritwali fin-narrattiva, post il-mistoqsijiet spiritwali f’ħajjithom u f’kitbiethom, il-prattiċi meditattivi, u l-kapaċità li lingwa tilqa’ fi ħdanha dan it-tip ta’ diskors u ideat, fost oħrajn.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:

Tħabbat Xtaqtek (Horizons)

In-Nar għandu Isem (Horizons)

Meta r-Ruħ tintbill fid-Deheb (Horizons)


Share Article