Matul l-episodju ta’ dil-ġimgħa laqqajna flimkien lill-kittieb Karl Schembri u lill-ġurnalist Christian Peregin. Kemm il-letteratura u anki l-ġurnaliżmu huma kitba dwar il-ġrajjiet li l-awtur, sija jekk ta’ rumanz u sija jekk ta’ artiklu investigattiv, jesperjenza u jifhem billi jiktibhom.

Iż-żewġ ġeneri distinti, imma r-relazzjoni ta’ bejniethom toħloq tipi ġodda ta’ narrattiva, bħal fil-każ ta’ Karl u l-kotba tiegħu, jew sfumaturi oħra lill-ġurnaliżmu, bħal fil-każ tal-ktieb li Lovin Malta  ppubblikaw is-sena l-oħra.

Kotba li jissemmew f’dan l-episodju:
Il-Manifest tal-Killer (Merlin Publishers)
Daniel Holmes: A Memoir From Malta’s Prison (Lovin Malta)


Share Article