Fit-tielet episodju mis-sensiela mġedda ta’ ‘Taħt il-Qoxra’ tkellimna ma’ John P. Portelli u Kit Azzopardi, edituri tal-ktieb Tgħanniq Ieħor: Poeżiji mill-Iżolament, ippubblikat minn Horizons Malta.

Il-pandemija tfiet il-mutur ta’ bosta elementi minn ħajjitna, iżda għal uħud serviet bħala ċ-ċavetta għal direzzjonijiet ġodda.
Huwa l-każ li nħoloq ġeneru ġdid ta’ ‘letteratura tal-pandemija’? Kif twieldet l-idea ta’ dal-proġett? U kif issawret fi ktieb? Dan u aktar f’dan l-episodju.

Ixtru l-ktieb minn hawn.


Share Article