Ftit jiem qabel il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba, laqqajna lill-awtur prolifiku Trevor Zahra mal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri.

Tkellimna magħhom dwar kif żviluppaw il-premji letterarji f’Malta tul iż-żmien, l-infrastruttura tal-pubblikazzjoni f’Malta u kif, skont Żahra, bdiet mill-qiegħ nett u telgħet ‘il fuq, kif ukoll dwar ix-xogħol tal-KNK biex ileħħen il-ħsibijiet tal-kittieba li fil-bqija tal-ħin tagħhom huma ħaddiema “solitarji”.


Share Article