F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Janice Caruana.

Mal-mistiedna tkellimna dwar il-ktieb tagħha Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20. Ħarisna lejn il-kodiċi professjonali li kien jiggwida lill-majjistri fl-antik, il-basket famuż tal-qabla u l-għodda ta’ ġo fih, il-protokol ġenerali tat-twelid fid-dar, is-superstizzjonijiet marbuta, il-professjoni tal-qabla llum il-ġurnata, u temi oħra ma’ dal-mestier li sa issa ftit kien irriċerkat u ddokumentat.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Janice Caruana għandha Baċellerat (Unuri) fl-Infermerija mill-Università ta’ Malta, u taħdem bħala infermiera fuq l-ambulanzi. Bħalissa qed tistudja l-psikoloġija u f’Ottubru se tibda Maġisteru fit-Terapija Sistematika tal-Familja.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article