F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Joe Julian Farrugia.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-ġeneru tal-kitba tal-bijografiji, l-istil tal-kitba bijografika li jliegħeb bejn id-dokumentazzjoni bir-reqqa u l-aspett uman tal-karattru u d-distanza professjonali li hi parti importanti f’dax-xogħol, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Joe Julian Farrugia huwa kittieb ta’ bijografiji, testi televiżi u drammi, kantawtur, u xandar. Fid-disgħinijiet beda jippubblika xi poeżiji minn tiegħu f’gazzetti lokali u ftit wara beda jikteb lirika għal kanzunetti li għalihom rebaħ bosta premjijiet lokali u internazzjonali, fosthom ‘L-Għanja tal-Poplu’. Fil-qasam tax-xandir ipproduċa serje ta’ xandiriet bijografiċi kemm għat-televeżjoni kif ukoll għar-radju u li pprovdew il-materjal għall-erbgħa kotba fis-serje Għamlu Isem li jittrattaw il-ħajja ta’ diversi persunaġġi Maltin.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article