F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ John Aquilina.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-preokkupazzjoni tal-poeta bis-sinjfikat tat-tluq, il-poeżija tal-post, id-determiniżmu fil-poeżija, u r-relazzjoni tal-awtur mad-dramm, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

John Aquilina beda jikteb il-poeżija fl-1994, l-iktar bil-Malti, imma riċentement ukoll bl-Ingliż. L-ewwel ġabra tiegħu, Leħnek il-Libsa Tiegħi, ġiet ippubblikata fl-2010 u rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb is-sena tawara. Is-sena l-oħra ħareġ it-tieni ġabra tapoeżiji tiegħu, Tluq. John spiċċa l-istudji fil-Matematika fl-2005, u minn dak iż-żmien għadu jaħdem fil-finanzi fil-belt taLondra.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article