F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Joseph Caruana.

Mal-mistieden tkellimna dwar id-dizzjunarju tiegħu Dizzjunarju ta’ Termini Nawtiċi u Tagħrif Marittimu Ieħor, li huwa finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Staqsejnieh dwar it-taqsimiet varji tal-ktieb, l-informazzjoni li jagħti lil hinn mit-termini nawtiċi, it-tifsir ta’ termini li jqanqlu kurżità, il-valur lingwistiku u soċjali tad-dizzjunarju, u dwar is-sengħa u l-futur tagħha fil-Gżejjer Maltin, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Joseph Caruana ġej minn familja ta’ bennejja tal-qxur tal-baħar u ħadem f’dan il-mestier għal sittax-il sena.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article