F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Kevin Saliba.

Mal-mistieden tkellimna dwar l-irwol tat-traduzzjoni fil-passat u issa, l-irwol tat-traduttur għal letteratura, l-isfidi li jiltaqa’ magħhom traduttur, it-test tradott u l-impatt tiegħu fuq il-qarrej tiegħu, u temi oħra marbuta mal-arti u x-xjenza tat-traduzzjoni.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Kevin Saliba huwa kittieb, poeta u traduttur. Fl-2006 ippubblika ma’ awturi oħra l-ġabra Ħbula Stirati. Uħud mit-traduzzjonijiet letterarji dehru fuq siti tal-internet lokali u rivisti oħra. L-interessi tar-riċerka tiegħu jinkludu l-Eżistenzjaliżmu, it-teoloġija tal-mewt ta’ Alla, il-filosofija tal-lingwa, il-kritika letterarja, it-traduttoloġija u l-ħidma fit-traduzzjoni biblika ta’ Pietru Pawl Saydon.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article