Għall-programm ta’ dil-ġimgħa tkellimna dwar il-vuċi tal-immgrant f’Malta, l-aktar fil-letteratura lokali. Dan anki fid-dawl ta’ kif dil-vuċi taslilna minn imkejjen oħra, speċjalment mill-midja.

Tkellimna ma’ Jean Paul Borg li kiteb letteratura li tat spazju lil dal-vuċijiet u ħadem fil-passat ma’ għaqda mhux governattiva f’dal-qasam, kif ukoll ma’ Neil Falzon mill-Fondazzjoni aditus. Iddiskutejna l-kotba tagħhom, il-klixejiet fil-letteratura u l-mixja lil hinn minnhom, u l-kunċett tal-‘Ieħor’. Rajna wkoll huwiex fil-letteratura l-uniku post fejn dawn l-ilħna għad fadallhom vuċi awtentika.
Kotba li jissemmew f’dan l-episodju:

Sharon u l-Kunjata: Djarji minn Ramallah (SKS Publishers): https://bdlbooks.com/product/sharon-u-l-kunjata/
Our Island – Personal Accounts of Protecting Refugees in Malta (aditus): https://aditus.org.mt/our-work/projects/our-island/…
Our Island II – Personal Accounts of Refugees in Malta (aditus): https://aditus.org.mt/…/our-island-ii-personal…/…


Share Article