F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra nitkellmu ma’ Wayne Flask u Lara Calleja, żewġ kittieba u attivisti, li fost l-oħrajn bħalissa għaddejjin bl-azzjoni tagħhom kontra l-bini ta’ triq fl-għelieqi f’Ħad-Dingli.

X’inhuma r-rabtiet tal-kitba u l-letteratura mal-preokuppazzjonijiet ambjentali? X’inhu l-obbligu ta’ kittieb? X’jixtiequ jaraw li jinbidel?

Tistgħu ssegwu did-diskussjoni fl-istess ħin u ġurnata fuq Radju Malta, minn fuq Youtube tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, jew il-paġna ta’ Facebook.

Sadanittant, tistgħu tixtru l-kotba ta’ Wayne Flask u Lara Calleja mingħand Merlin Publishers.

Lara Calleja hija r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Kittieb Emerġenti fl-2020. Hija l-awtriċi ta Lucy Min? (2017), u l-ġabra ta’ stejjer qosra Kissirtu Kullimkien (2020). Din is-sena se tiddebutta l-ewwel dramm tagħha Taralalla fi Spazju Kreattiv.

Wayne Flask huwa membru tal-Moviment Graffitti. Iddebutta bit-teatru b’Sibna ż-Żejt (2015), dramm satiriku għal Staġun Teatru Malti, dirett minn Sean Buhagiar. Ir-rumanz tiegħu Kapitali (Merlin Publishers), b’vena satirika dwar il-qagħda duwalistika tal-politika f’Malta, ġie ppubblikat fl-2017.


Share Article