F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem mal-poeta Louis Briffa dwar il-poetika tiegħu, b’referenza għall-aħħar ġabra ta’ poeżija tiegħu, ‘Bil-Boqxiex’.

Briffa jgħid għala ta dan l-isem lil din il-ġabra, wara li anki t-titlu tal-ewwel ġabra tiegħu, ‘Bil-Varloppa’, ġej mid-dinja tax-xogħol bl-injam,

Il-kultura klassika, il-mitoloġija, l-allat Ħindu, il-moda…kollha referenzi kulturali li Briffa jgħid li jġegħluh jifhem l-umanità. Kollha referenzi li jinsabu f’dil-ġabra.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article