F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Louise Vella.

Mal-mistiedna tkellimna dwar l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha Lethe: A rhapsody of life remembered. Ħarisna lejn l-għażla tal-isem, l-istorja warajh u l-metafora li jimplika u li tixxeblek mal-bqija tax-xogħlijiet fil-ġabra, il-kitba multilingwi tagħha, il-lehma femminista u awtodeterminattiva f’għadd ta’ poeżiji, l-għalqa politika f’oħrajn, u l-lehma Klassika, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Louise Vella ippubblikat l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha Lethe: A rhapsody of life remembered f’ Novembru tal-2019. Minn dejjem kienu jinteressawha l-lingwi, u għandha Baċellerat fl-Ingliż u l-Istudji Klassiċi u studjat il-Latin u l-Grieg Antik. Membru fl-Għaqda Storika u Kulturali tal-Marsa, u tħobb issir taf dwar l-istorja ta’ raħalha u pajjiżha. Xogħolha għal qalbha għax hu fl-industrija tal-kotba.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article