F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Defuara tkellmet ma’ Mark-Anthony Falzon.

Mal-mistieden tkellimna dwar l-interessi tiegħu bħala antropologu b’referenza għall-kotba li kiteb jew editja, ngħidu aħnaThe Examined Life: Writings in Honour of Guido Lanfranco, Cosmopolitan Connections: The Sindhi diaspora, 1860-2000, Birds of Passage: Hunting and Conservation in Malta u l-ktieb li se joħroġ daqt Selling Anything, Anywhere.

Staqsejnieh dwar Guido Lanfranco u s-sehem tiegħu fl-istudju tal-ambjent Malti, id-dijaspora tas-Sindhi f’Malta, u anki dwar dik li tidher bħala qasma fil-valuri bejn il-kaċċaturi u l-konservazzjonisti, fost l-oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Il-Professur Mark-Anthony Falzon huwa antropologu, il-Kap tad-Dipartiment tas-Soċjoloġija fl-Università ta’ Malta u membru għall-ħajja ta’ Clare Hall, Cambridge. Huwa l-editur tal-ktieb finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 fil-kategorija Riċerka Ġenerali The Examined Life: Writings in Honour of Guido Lanfranco – pubblikazzjonijiet oħra tiegħu jinkludu Cosmopolitan Connections (Oxford University Press, 2005), Multi-sited Ethnography (Ashgate, 2009), u Birds of Passage (Berghahn, 2020). Selling Anything, Anywhere, se jiġi ppubblikat minn Penguin fl-2021. Falzon huwa wkoll kontributur regolari ta’ kull ġimgħa f’The Sunday Times of Malta.


Share Article