F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark-Anthony Fenech dwar il-ktieb tiegħu It-Tawmaturgu: Ħmura ta’ Filgħaxija.

B’dan l-ewwel rumanz oriġinali tiegħu, Mark-Anthony Fenech għamilha mal-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018.

Fost l-oħrajn il-mistieden ġie mistoqsi dwar il-ġeneru relattivament ġdid tal-fantaxjenza fil-letteratura Maltija u kif dan qed jarrikkixxi x-xena lokali, dwar in-neoloġiżmi fil-ktieb, l-influwenzi letterarji u mużikali tal-awtur, il-ktieb il-ġdid li qed jaħdem fuqu, u anki dwar xogħlijiet oħra tradotti tal-awtur, fost l-oħrajn.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article