F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Paulann Grech.

Mal-mistiedna tkellimna dwar is-saħħa mentali fi żmien ta’ kriżi, l-aktar fid-dawl tal-ktieb tagħha Dealing with Coronus. Staqsejnieha dwar ir-raġuni wara dal-ktieb, is-saħħa mentali tal-individwu u s-saħħa mentali kollettiva u kif jaħdmu flimkien, l-umoriżmu bħala arma għas-saħħa mentali tal-persuna, is-saħħa mentali bħala dritt u dmir tal-bniedem, u r-razziżmu bħala kundizzjoni ta’ saħħa mentali, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Paulann Grech hija lettur fid-Dipartiment tas-Saħħa Mentali fl-Università ta’ Malta, u involuta fi proġetti ta’ riċerka dwar il-psikjatrija kritika. Fl-2015 waqqfet ma’ professjonisti oħra il-Hearing Voices Network f’Malta, li llum hi ċ-Chairperson tagħha. Dr. Grech interessata l-aktar li tosserva u tikteb dwar il-ħajja mil-lat mentali.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article