F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Paul Bartolo.

F’din l-ewwel parti tal-intervista tkellima mal-mistieden dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu li għandhom x’jaqsmu mal-Istorja ta’ Malta, speċifikament dwar il-ktieb X’kien ġara sew fis-7 Giugno. Staqsejnieh għaliex meta jikteb jagħżel in-naħa ta’ min jitmexxa jew hu oppressat, is-sens ta’ ġustizzja soċjali, dwar in-natura tal-irvellijiet tas-7 Giugno, x’wassal għalihom, u finalment l-att ta’ protesta soċjali f’Malta llum fl-2019.

Isma’ din l-ewwel parti tal-intervista minn hawnhekk.

Prof. Paul Bartolo huwa magħrufa l-aktar bħala psikologu tal-edukazzjoni. Ippubblika u kiteb diversi kotba .

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article