Fil-programm ta’ dil-ġimgħa ħarisna aktar fil-fond lejn il-proposta riċenti li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħadem ma’ AP Valletta dwar pjan ta’ riġenerazzjoni tal-inħawi tal-Librerija Pubblika Ċentrali f’Belt is-Sebħ.

Mark Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-KNK, u David Felice minn AP Valletta tkellmu dwar il-kunċett, ir-relazzjoni ta’ ħidma bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, u x’inhuma l-passi ’l quddiem.

Infakkru lis-semmiegħa li dan l-episodju jixxandar fuq fl-istess ħin fuq Radju Malta.


Share Article