F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ronald Bugeja.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-ġeneri varji li kkontribwixxa fihom, sehem il-kitba qabel u issa, ir-riċerka li għamel għal xi kitbiet tiegħu, u l-kontribuzzjonijiet f’ Il-Kullħadd, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Ronald Bugeja twieled Tal-Pietà fl-1978 u joqgħod ix-Xewkija, Għawdex. Il-kitba u l-lingwa Maltija minn dejjem kienu l-ispirazzjoni tiegħu. Fil-fatt, huwa beda jaħdem fid-drama fl-1999 u ħadem f’diversi proġetti ma’ kumpaniji lokali fuq produzzjonijiet televiżivi. Ronald Bugeja huwa wkoll kittieb ta’ kummiedji u musicals għal palk, u l-awtur ta’ tliett kotba fosthom Mill-Glorious sal-Vitorja, u d-drama Id-Djarju L-Iswed, ibbażata fuq storja vera, li wara li ttellgħet fuq it-televiżjoni ġiet ippubblikata wkoll fi ktieb. Din is-sena ġie ppubblikat it-tielet ktieb tiegħu, ir-rumanz polizjesk Moonstone dwar is-serqa ta’ djamant prezzjuż.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article