F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Sephora Francalanza u Kenneth Scicluna dwar il-pubblikazzjoni ‘Leħen il-Malti’ li tnediet waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-kitba ta’ Kenneth li se tara d-dawl fil-‘Leħen’ stess.

Francalanza tkellmet dwar il-proċess biex jintgħażlu l-kitbiet li mbagħad jidhru fl-edizzjoni, liema proċess jibda mill-għada li titnieda l-edizzjoni ta’ qabel.

Min-naħa tiegħu Kenneth tkellem dwar il-ħtieġa li jippubblika issa wara ħafna żmien il-kitbiet tiegħu. Qal li dan seħħ wara inkuraġġiment minn persuna partikulari, u l-proċess biex dan isir beda mill-bosta attivitajiet ta’ palk ħieles li jiġu organizzati kull xahar.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article