F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Stephanie Bugeja u Derek Fenech.

Mal-mistednin tkellimna dwar il-kontribuzzjoni tagħhom fil-ktieb Noè u l-iskojjattlu bla kwiet (Merlin Publishers), li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb bl-Isbaħ Dehra fil-kategoriji tat-Terramaxka. Fost l-oħrajn tkellimna dwar kif it-test u l-illustrazzjonijiet jagħmlu dan il-ktieb tajjeb għal tfal bl-ADHD.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Stephanie Bugeja hija psikologa edukattiva u lekċerer tal-psikoloġija l-Università ta’ Malta u l-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela l-Imsida, u bħalissa qed tagħmel id-dottorat tagħha fuq il-vuċi tat-tfal fis-sistema edukattiva. Derek Fenech huwa illustratur u disinjatur, u bħalissa qed jaħdem fuq proġetti ta’ illustrazzjonijiet relatati mal-kappelel u l-mitoloġioja Maltija. Fl-2011 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Illustratur.


Share Article