Taħt il-Qoxra: ‘Sura’: il-wirja u l-ktieb


“Jiena kont il-gwardjana tal-pupi” – Elyse Tonna
Fil-programm letterarju għal dil-ġimgħa tkellimna dwar pubblikazzjoni ġdida – il-ktieb ‘Sura’ li twieled minn wirja ta’ pupi… li issa għandhom vuċi.
Dawn il-pupi huma xogħol Glen Calleja u Lori Sauer, u l-wirja ttellgħet fi Spazju Kreattiv bħala wirja tal-arti kkurata minn Elyse Tonna. Il-kittieba Clare Azzopardi, ispirata minnhom, kitbet stejjer u poeżiji dwar dawn il-pupi. Albert Gatt qalibhom għall-Ingliż.
Tista’ tixtri l-ktieb ‘Sura’ billi tibgħat email fuq info@thekindollsproject.com
Infakkru lis-semmiegħa li fl-istess ħin dan l-episodju qed jixxandar fuq Radju Malta.
[embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=zQhcCNheHZQ[/embedyt]