“Jiena naħseb li lħaqt sinerġija mal-qarrej, u anki hemm fiduċja reċiproka bejni u l-pubblikatur tiegħi” – Salv Sammut

“Illum aktar milli numri b’mod vertikali, aħna aktar qed nippubblikaw b’mod orizzontali – aktar titli imma inqas kwantità” – Joseph Mizzi (Klabb Kotba Maltin / Midsea Books Ltd.)

“Nemmen li dar tal-pubblikazzjoni jkollha firxa wiesgħa ta’ kotba. Tipprova tippubblika mhux biss dak li jimxi imma anki dak li hu differenti. Aħna xi ftit imġienen.” – Chris Gruppetta (Merlin Publishers).

Dil-ġimgħa qbadna awtur bestseller u żewġ pubblkaturi ewlenin – Chris Gruppetta minn Merlin Publishers u Joseph Mizzi minn Klabb Kotba Maltin – biex magħhom tkellimna dwar il-kotba bestsellers f’Malta. Magħhom iddiskutejna l-kunċett ta’ ktieb bestseller f’Malta, l-irwol tal-bestsellers għal dar ta’ pubblikazzjoni, u anki tajna ħarsa lejn il-ktieb bestseller ta’ Salv Sammut, Sister Clara (Horizons), fost oħrajn.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Sister Clara: il-mara midinba (Horizons Malta)

Infakkru lis-semmiegħa li fl-istess ħin dan l-episodju qed jixxandar fuq Radju Malta.


Share Article